Il-ġurnalist ta’ Rai Sport Ciro Venerato kkonferma li ntlaħaq ftehim bejn Lyon u Juventus għall-akkwist tal-midfielder żagħżugħ u promittenti Corentin Tolisso.

Skont Venerato, Juventus mistennija jonfqu €30 miljun esklużi l-bonuses, bil-plejer li se jieħu xejn inqas minn €15-il miljun fuq perjodu ta’ ħames snin.

Fl-aħħar jiem Jean-Michel Aulas, President ta’ Lyon, qal li “aktarx ikun hemm bejgħ importanti ta’ plejer minn issa sat-30 ta’ Ġunju,” b’riferenza għal Tolisso jew inkella għall-attakkant Lacazette.

Sors: Rai Sport/TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280