Waslet fi tmiemha l-era ta’ Silvio Berlusconi bħala President ta’ A.C. Milan hekk kif fl-aħħar, wara li l-ftehim ġie pospost għal xhur sħaħ, il-klabb issa se jinbiegħ liċ-Ċiniżi.
Matul il-ġurnata għaddejjin laqgħat bejn Fininvest u Rossoneri Sport Investmen Lux immexxija minn Yonghong Li, il-president futur tal-klabb.
Sadattant fil-midja Taljana jingħad li Silvio Berlusconi aktarx jirrifjuta l-offerta li jinħatar President Onorarju tal-klabb, u li ċ-Ċiniżi se jonfqu bejn €130 miljun u €140 miljun fis-suq tat-trasferimenti li jmiss.
Sors: Milan News/Gazzetta dello Sport/Il Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






