Il-klabb Taljan AC Milan huwa viċin li jiġi mibjugħ. Sorsi ġewwa l-Italja qed jgħidu li Sino-Europe Sorts se jkunu qegħdin jidepożitaw €320 miljun fl-1 ta’ Marzu.
Il-konsorzju Ċiniż jinsab viċin ħafna li jixtri lil Milan wara ħafna ġranet ta’ stennija. Skont il-ġurnalist ta’ Sky Peppe Di Stefano, il-flus se jgħaddu miċ-Ċina għal-Lussemburgu fis-27 jew it-28 ta’ Frar u se jiġu trasferiti għall-Fininvest bejn l-1 u t-3 ta’ Marzu.
Fuq l-istazzjon uffiċjali ta’ Milan sostnew li hemm possibbiltà kbira li l-ġurnata kruċjali se tkun l-1 ta’ Marzu. Wara li jseħħ il-bejgħ se jkun hemm laqgħa f’Arcore biex Barbara Berlusconi u Adriano Galliani jirriżenjaw mill-board. Marco Fassone se jkun maħtur is-CEO l-ġdid.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment