Il-partitarji ta’ A.C. Milan jaf ikollhom jissapportu iżjed lil Silvio Berlusconi fit-tmexxija tal-klabb.
Dan hekk kif siti fiċ-Ċina qed jgħidu li l-konsorzju Ċiniż li kien qed jitħajjar li jixtri lill-klabb issa abbanduna t-trattattiva.
Għad m’hemmx uffiċjalità dwar din l-aħbar, iżda jidher li s-siti li qed jirrappurtaw din l-aħbar huma qrib il-konsorzju li kellu jwassal għal investiment ġdid fil-klabb ta’ Milan.
Sors: dongqiudi.com