L-atteġġjament ta’ Alexis Sánchеz waqt li Arsenal kienu qed jaqilgħu gowl wara l-ieħor mingħand FC Bayern München ftit li xejn niżlet tajjeb.
Sánchеz kien qed jirritorna għal-logħob mill-bidu wara l-esklużjoni kontra Liverpool, skurja, iżda waqt li sħabu kienu qed jiġu umiljati ftit li xejn deher dispjaċut.
Bilqiegħda wara li kien sostitwit 16-il minuta qabel tmiem il-logħba, Alexis Sánchеz deher jidħaq waqt li l-klabb Ingliż qala’ ħamra u segwew tliet gowls kontra.
Wara l-logħba, il-partitarji segwew il-protesti kontra l-kowċ Arsène Wenger li jiem qabel ċaħad li kien hemm xi argument ma’ Alexis Sánchеz. Iżda l-futur tal-attakkant jidher ferm ’il bogħod mill-Ingilterra, b’Juventus fost il-klabbs interessati.
Sors: The Sun
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






