Rapporti persistenti fl-Ingilterra qed isostnu li Arsenal qed iżidu l-interess tagħhom biex jakkwistaw lid-difensur ta’ Juventus, Daniele Rugani.

Il-kowċ tal-Gunners Arsene Wenger ilu ħafna jesprimi l-interess tiegħu f’Rugani u fis-sajf li ġej Arsenal jista’ jkun li jagħmlu offerta speċjali għal dan il-plejer.

Rugani li għandu 23 sena ftit li xejn qed isib spazju fit-tim ta’ Allegri u bil-wasla ta’ Mattia Caldara fl-istaġun li ġej żgur li se tkun aktar diffiċli għal Rugani biex isib postu regolari fit-tim.

Sors: Rai Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280