L-eks midfielder ta’ Juventus, Arturo Vidal, qal li bl-akkwisti li għamlu Juventus jistgħu jisfidaw għar-rebħ taċ-Champions League.

“Juventus għandhom skwadra kompetittiva ħafna, bi plejers importanti u bla dubju fil-livell tal-aqwa klabbs. Se jagħtu sfida fiċ-Champions League, imma l-iskwadra tiegħi hi l-aqwa fid-dinja, aqwa minn Juventus meta kont hemm jien,” qal Vidal.

Mistoqsi jekk jirritornax fl-Italja hu qal li kienet possibbiltà diffiċli għaliex kemm hu u kif ukoll martu huma kuntenti fi Munich. “Bayern hu kull ma xtaqt f’ħajti.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280