Il-Belġjan Axel Witsel, f’intervista waqt l-irtir mat-tim nazzjonali, stqarr li jinsab ċert li fil-futur qrib se jkun qiegħed jilgħab ma’ Juventus iżda ma ppreċiżax jekk hux minn Jannar jew Ġunju tas-sena d-dieħla. Dan hekk kif il-kuntratt mar-Russi se jiskadilu fl-aħħar ta’ Ġunju 2017.
Fl-intervista ma’ RTBF qal ukoll li jħossu onorat li Juventus ma qatgħux qalbhom wara dak li ġara fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti li għadda.
Ta’ min wieħed ifakkar li peress li Zenit qegħdin jilagħbu fl-Europa League, jekk Witsel jingħaqad ma’ Juventus f’Jannar 2017, dan tal-aħħar ikun jista’ jilgħab anki fil-UEFA Champions League.
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment