Id-difensur internazzjonali tal-Arġentina Cristian Daniel Ansaldi llum kellu jiġi ppreżentat minn Inter bħala wieħed mill-akkwisti ġodda tal-klabb.
Imma waqt sessjoni ta’ taħriġ li saret qabel il-preżentazzjoni, Ansaldi weġġa’ u mistenni jdum mill-inqas xahar nieqes mill-azzjoni.
Li hu żgur hu li Ansaldi se jitlef il-logħbiet kontra Chievo u Palermo, u aktarx anke l-logħba kontra Pescara, għalkemm fadal isiru testijiet mediċi biex isir magħruf jekk humiex affettwati anke l-ligamenti.
Sors: La Gazzetta dello Sport