L-eks plejer ta’ Juventus Arturo Vidal jemmen li t-tim tiegħu Bayern München huma kapaċi jdawru r-riżultat ġewwa Spanja u jixtieq li fil-finali jaffrontaw lil Juventus.

Vidal kien l-awtur tal-uniku gowl li l-Ġermaniżi skurjaw ilbieraħ u ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima falla penalty. Bayern München finalment tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-2.

“Baqa’ 90 minuta x’nilagħbu u b’hekk għadu m’hemm xejn mitmum. Ninsab diżappuntat ħafna minħabba li fallejt l-penalty però dawn huma parti mill-futbol. Qed nispera li f’Madrid nġibu r-riżultat li għandna bżonn u fil-finali naffrontaw lil Juventus.”

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280