Bayern München u Juventus mistennija jikkompetu fis-suq tat-trasferimenti hekk kif it-tnejn li huma xeħtu għajnejhom fuq plejers Taljani.
Dawn huma Federico Chiesa u Nicolo Zaniolo, li qed ikunu segwiti minn Juventus, iżda li attiraw l-interess tal-klabb Ġermaniż bil-mira li dawn tal-aħħar inaqqsu l-età tal-iskwadra.
Madankollu, jidher li Juventus huma l-preferuti, għallinqas tal-plejers li jixtiequ jibqgħu l-Italja.
Sors: Calciomercato
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com