Il-ġurnal popolari mas-sapporters ta’ Chelsea, HITC Sports, qed jirraporta li fis-Sajf li ġej Chelsea se jipproponu lil Juventus bdil bejn il-midfielder Nemanja Matić u Paul Pogba.

Chelsea ilhom żmien twil interessati fil-plejer Franċiż ta’ Juventus, u wara li s-Sajf li għadda deher ġewwa Londra, l-interess u l-għidut kibru dwar possibilità li Pogba jissieħeb lill-‘Blues’.

Apparti t-trattattivi li għaddejin dwar Juan Cuadrado, Juventus u Chelsea se jżidu negozjar iehor? Paul Pogba se jiċċaqlaq verament?

Sors: HITC Sports