Il-midfielder Rodrigo Bentancur mistenni f’Turin fil-jiem li ġejjin biex jagħmel it-testijiet mediċi ma’ Juventus.
Wara l-eżamijiet mediċi, Juventus għandhom ċans sal-aħħar ta’ April biex jiddeċiedu jekk hux lesti jonfqu €9.4 miljun biex jakkwistaw lill-plejer għal kollox.
Fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, Beppe Marotta pprova jakkwista lill-plejer immedjatament mingħand Boca Juniors, iżda l-klabb Arġentin xtaq li jibqa’ sa Ġunju.
Sors: La Gazzetta dello Sport






