Il-President ta’ Lazio Claudio Lotito ddikjara li l-klabb irċieva skuża mingħand id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Giuseppe Marotta.
Dan wara li Juventus bdew diskussjonijiet ma’ Keita Baldé Diao, l-attakkant li hu mixtieq mid-diriġenti ta’ Turin u allegatament id-destinazzjoni preferuta tal-istess plejer Senegaliż.
Keita rrifjuta mhux biss l-estensjoni tal-kuntratt ma’ Lazio, imma wkoll offerti mingħand Milan u Tottenham. Hemm ukoll interess minn Liverpool u Everton. Jirriżulta li l-aġir ta’ Keita hu konsegwenza ta’ ftehim milħuq bejn il-plejer u Juventus.
Madankollu, Lotito qal li “Marotta ċaħad li kellu x’jaqsam mad-deċiżjoni ta’ Keita li ma jġeddidx. Lazio jridu €30 miljun għal Keita Baldé Diao iżda dan jista’ jħalli l-klabb b’xejn fi tmiem l-istaġun hekk kif għandu kuntratt li jiskadi fl-2018.
Sors: Calciomercato
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com