Għadu possibbli li l-attakkant promittenti Taljan Domenico Berardi, li fil-preżent jilgħab ma’ Sassuolo, fis-Sajf li ġej isir parti mit-tijm ta’ Juventus.
Fl-Italja qed jigi rraportat li għalkemm Sassuolo rċivew offerti u interessi kbar minn klabbs ewlenin, fosthom Tottenham tal-Ingilterra u r-rivali eterni Inter, għad hemm possibilita’ li Domenico Berardi f’Ġunju li ġej jilbes il-flokk bl-abjad u l-iswed.
Sors: TuttoJuve