Juventus Primavera bdew il-kampanja tagħhom fil-UEFA Youth League b’rebħa ta’ 1-0 fuq Valencia, ġewwa Spanja.

It-tim ta’ Baldini rnexxielu jirbaħ partita diffiċli meta l-avversarji ddominaw għal xi mumenti tal-partita, fejn anke laqtu l-lasta.

Madankollu, Juventus, permezz tal-prestazzjonijiet impressjonanti ta’ Moreno u Fagioli sabu l-gowl tar-rebħa li wasal mas-siegħa logħob permezz ta’ Petrelli, li skurja t-tieni gowl konsekuttiv tiegħu wara l-gowl kontra Sampdoria, matul il-weekend li għadda.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280