Il-formazzjoni magħżula llum hija dik ta’ 4-4-2.

Gowler: Gianluigi Buffon (Juventus) – Logħba perfetta għall-gowler Buffon, li spikka speċjalment b’żewġ sejvs fuq Mario Balotelli, minn freekick stupend u minn azzjoni personali tal-istess Super Mario. Buffon bis-sejvs tiegħu kompla sabiex il-Juventus jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika. Vot: 8.5

Difensur: Dennis Appiah (Caen) – Id-difensur promettenti lemini ta’ Caen kellu logħba tajba ħafna. Il-famuż plejer tal-logħba Football Manager wera li kapaċi jkun ma’ tim ferm aħjar speċjalment fil-kampjonat Franċiż u dan l-istaġun jista’ jwassal biex is-sajf li ġej jimxi ma’ timijiet oħra. Vot: 8.9

Difensur: Toby Alderweireld (Tottenham Hotspurs) – Staġun straordinarju fid-difiża ċentrali tat-tim ta’ Londra. Kontra Manchester United Alderweireld kien sod u determinanti ħafna u kien strumentali biex iwaqqaf l-attakki taż-żgħażagħ Rashford u Martial. Vot: 8.7

Difensur: Alessandro Gamberini (Chievo) – Gamberini wkoll kellu staġun pożittiv ma’ Chievo. Kontra l-Carpi wkoll żamm il-lasta ta’ Bizzarri ’l-bogħod minn kull periklu. Chievo biċ-ċans li jispiċċaw il-kampjonat ftit punti taħt iż-żona Ewropea. Vot: 8.7

Difensur: Layvin Kurzawa (Paris St-Germain) – Logħba tajba għal Kurzawa, però, kif jaf kulħadd, logħba bla storja fil-kampjonat Franċiż. In-nuqqas ta’ partiti għaż-żagħżugħ xellugi, tista’ twassal biex dan is-sajf jimxi ma’ xi skwadra oħra. Vot: 8.6

Midfielder: Leroy Sané (Schalke 04) – Iż-żagħżugħ Sané, famuż speċjalment għall-gowl tiegħu kontra Real Madrid fuq Casillas, ipprometta wisq ma’ Schalke 04 u fil-fatt sar wieħed mill-pedini tal-iskwadra. Din kienet logħba tajba oħra għal Sané fil-kampjonat li żgur mhux forsi jista’ jibqa’ jiżviluppa u jsir wieħed mill-aqwa. Vot: 8.1

Midfielder: Koke (Atletico Madrid) – Il-mostru fil-midfield tal-qawwa Spanjola, friski mil-logħba stupenda kontra Barcelona, kellu għal darb’oħra logħba importanti ħafna fil-kampjonat, li wara t-telfa ta’ Barcelona wasslet biex jitfgħu pressjoni fuq il-qawwa ta’ Katalunja anka fil-kampjonat. Vot: 9.6

Midfielder: Alex Iwobi (Arsenal) – Fil-logħba kontra West Ham, Iwobi wera li ħa jkun plejer importanti fl-iskwadra tal-Gunners, kemm fl-aħħar partiti tal-kampjonat kif ukoll għas-sena d-dieħla. Madankollu l-assists ta’ Iwobi ma kinux biżejjed biex Arsenal jieħdu t-tliet punti kollha. Vot: 8.5

Midfielder: Lukas Vazquez (Real Madrid) – Zidane qed juri li għandu fiduċja kbira f’Vazquez u saħansitra qed jużah f’logħbiet importanti ħafna anke issa li Real naqqsu d-distakk tagħhom taħt Barcelona. Vazquez bil-ħeffa tiegħu jkun perikoluż immens u għall-età tiegħu qed juri li huwa wkoll ħa jkun plejer diċenti fil-futur qrib. Vot: 8.8

Attakkant: Andy Carroll (West Ham) – Hat-trick għal Andy Carroll f’logħba stupenda bejn Arsenal u West Ham. Carroll kien letali kontra r-rivali tagħhom u dawru logħba minn telfa u anke kien hemm mumenti fejn West Ham kienu minn fuq, madankollu l-logħba spiċċat fi draw. Nistennew lil Carroll jerġa’ jkun wieħed mill-aqwa attakkanti fl-Ingilterra? Vot: 10.0

Attakkant: Yassim Ben Yedder (Toulouse) – Logħba oħra mal-ħafna tajbin li kellu dis-sena Ben Yedder. Plejer li jissagrifika ruħu ħafna fl-attakk però xogħlu jagħmlu sew. Jiskurja ħafna gowls importanti għal Toulouse, u dis-sena wera li kien ta’ importanza kbira fl-attakk. Ben Yedder skurja 60 gowl f’150 logħba ma’ Toulouse, statistika ferm tajba. Vot: 9.9

Kowċ: Mauricio Pochettino (Tottenham) – Kowċ li kemm ma’ Southampton u kif ukoll mal-iskwadra preżenti wera li hu kowċ bravu tattikament. Dis-sena ma’ Tottenham qed jiġġieled għall-kampjonat mal-inqas tim li kulħadd jista’ jimmaġina. Madankollu dan ma waqqafx lil Pochettino biex ikompli jħeġġeġ lill-iskwadra tiegħu jibqgħu jemmnu. Fir-rebħa ta’ 3-0 kontra l-United rajna li Tottenham mhux se jaqtgħu qalbhom.