Hekk kif f’dan iż-żmien għaddejjin id-diskussjonijiet bejn Fininvest u l-konsorzju Ċiniż interessat li jakkwista lil A.C. Milan, sar magħruf li l-klabb se jkollu madwar €100 miljun għas-suq tat-trasferimenti.
Il-bejgħ tal-assi ta’ Milan, biċ-Ċiniżi li huma interessati jakkwistaw 70% tas-soċjetà, mistenni jkun konkluż f’Settembru, u allura meta s-suq tat-trasferimenti jkun magħluq.
Fid-dawl ta’ dan, Adriano Galliani u Nicholas Gancikoff, li jirrappreżenta lill-grupp Ċiniż, qed jaħdmu għas-suq tat-trasferimenti attwali.
Skont il-ftehim, hu maħsub li sal-2020 iċ-Ċiniżi għandhom jonfqu madwar €400 miljun f’A.C. Milan.
Sors: La Gazzetta dello Sport






