Milan qed ikomplu bil-kuntatti tagħhom mad-difensur Martin Cáceres u l-midfielder Juan Cuadrado, it-tnejn eks Juventus.
Minkejja dan, s’issa, is-suq tat-trasferimenti ta’ Milan hu wieqaf hekk kif qed jistennew il-flus mill-bejgħ ta’ Carlos Bacca.
L-istess Milan urew interess fid-difensur ta’ 33 sena Álvaro Arbeloa, li madankollu mhux mistenni jingħaqad magħhom.
Sors: Sky Sport