Skont il-kowċ ta’ PSG Laurent Blanc, l-attakkant Urugwajan Edinson Cavani “tilef il-fiduċja.”

Blanc qal dan fid-dawl ta’ rapporti li Cavani mhux kuntent bit-tmexxija ta’ Blanc u qed jikkunsidra li jħalli lill-klabb Franċiż minħabba li mhux jilgħab b’mod regolari daqs qabel.

Fl-aħħar xhur Blanc spiss ipprefera lill-Brażiljan Lucas minflok.

Madankollu Cavani ma rreaġixxiex għal rapporti ta’ interess minn klabbs oħra, fosthom Atlético Madrid, għaliex qal li “d-diskors dwar it-trasferimenti jsir fi tmiem l-istaġun.”

Sors: Tuttosport