It-tim immexxi mill-eks kowċ ta’ Juventus Antonio Conte mistennija jagħmlu offerta ta’ €114 miljun għaż-żewġ plejers Juventini, Leonardo Bonucci u Alex Sandro.

Huwa fatt li Conte huwa ammiratur kbir ta’ dawn iż-żewġ plejers u jixtieq li għall-inqas iġib wieħed mieghu fit-tim ta’ Chelsea però issa se jipprova jakkwistahom it-tnejn.

Iktar kmieni din il-ġimgħa d-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Beppe Marotta, ikkonferma li l-Bianconeri rċivew offerta tajba għal Alex Sandro iżda sostna li qabel jikkunsidrawa jridu jirċievu l-approvazzjoni tal-istess plejer biex jiċċaqlaq. Juventus jinsabu lesti biex joffru kuntratt ġdid lill-Brażiljan għal ħames snin oħra.

Rigward Leonardo Bonucci, il-futur tiegħu ma’ Juventus ukoll jinsab inċert. Hemm ħafna spekulazzjonijiet li d-difensur jixtieq avventura ġdida u Chelsea jinsabu interessati ħafna fih.

Sors: La Stampa

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280