L-eksplejer ta’ Juventus Ciro Immobile wiegħed li Torino se jagħmlu minn kollox biex jiskurjaw lil Gianluigi Buffon qabel dan jilħaq ir-rekord għall-ikbar ammont ta’ minuti konsekuttivi mingħajr ma jaqla’ gowl.
“Se nagħmlu li nistgħu biex inwaqqfu r-rekord ta’ Buffon,” qal Immobile, filwaqt li rrikonoxxa li bħala raġel u professjonist, Buffon jixraqlu dan l-unur.
Madankollu Immobile għamilha ċara li “l-importanti li Torino jiskurjaw, imqar fid-90 minuta,” jekk ikun ifisser li Torino jirbħu l-logħba.
Sors: Football Italia
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.





