Iċ-Ċilì u l-Ġermanja se jkunu qed jilagħbu l-finali tal-Confederations Cup hekk kif dawn qalgħu lill-Portugall u lill-Messiku rispettivament.

Iċ-Ċilì kontra l-Portugall lagħbu waħda mill-iktar logħbiet eċitanti tat-turnew, tant hu hekk li l-Portugall ċedew biss waqt l-għoti tal-penalties. Fil-lotterija tal-penalties, Claudio Bravo kien protagonist assolut meta rnexxielu jilqa’ tliet penalties: ta’ Quaresma, ta’ Moutinho u ta’ Nani.

Il-Ġermanja, min-naħa l-oħra, sabuha wisq faċli hekk kif rebħu lill-Messiku bl-iskor ta’ 4-1. Wara biss tmien minuti, il-Ġermanja kienu diġà 2-0 minn fuq hekk kif Goretzka skurja doppjetta faċli. Fit-tieni taqsima, il-Ġermaniżi kkontrollaw il-logħba, sa anke sabu żewġ gowls oħra minn Werner u Younes. Fabian skurja l-uniku gowl ta’ konsolazzjoni għall-Messikani.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280