Ikompli t-taħwid fid-diriġenza ta’ Milan, hekk kif hu maħsub li Cristian Brocchi jista’ jitneħħa minn kowċ ftit jiem biss wara ħa l-kariga.
Jidher li d-diriġenza qed titħajjar iġġib lura lil Siniša Mihajlović, li tneħħa eżatt qabel Brocchi minkejja li fost l-oħrajn wassal lill-iskwadra sal-finali tal-Coppa Italia.
Fil-fatt hemm il-ħsieb li jkun propju Mihajlovic li jmexxi l-iskwadra fil-finali tal-Coppa Italia. Jekk dan iseħħ, Brocchi mill-ġdid jinħatar kowċ tal-Primavera.
F’erba’ logħbiet, Brocchi ġab biss rebħa kontra Sampdoria, telfa kontra Verona li jinsabu fl-aħħar post u żewġ draws ma’ Carpi u Frosinone, li qed jiġġieldu biex isalvaw.
Sors: Il Sussidiario.net