Il-gazzetta Corriere dello Sport irrapurtat li d-difensur Brażiljan Dani Alves kellu l-ftehim lest ma’ Manchester City minn Novembru tas-sena l-oħra u pprova jitfa’ pressjoni fuq Paulo Dybala biex jagħmel bħalu u jmur jilgħab fl-Ingilterra.

Juventus u Dani Alves iktar kmieni din il-ġimgħa laħqu ftehim bejniethom biex jitterminaw il-kuntratt tal-Brażiljan u b’hekk issa baqa’ biss l-uffiċjalità tat-trasferiment t’Alves ma’ Manchester City. Ftit tal-ġranet ilu Alves kien sostna li Dybala għandu bżonn jitlaq lil Juventus biex jirrealizza l-potenzjal vera tiegħu.

Skont l-istess gazzetta din kienet parti minn kampanja li Alves għamel biex jitfa’ pressjoni fuq Dybala biex jagħmel bħalu u jingħaqad ma’ Manchester City, iżda Dybala m’għandux l-istess hsieb t’Alves u se jkompli jonora l-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri.

Sors: Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280