Id-difensur Dani Alves iddikjara li kien għamel l-għażla li jingħaqad ma’ Juventus meta kien għadu plejer ta’ Barcelona.
“L-għażla tiegħi dakinhar weġġgħet ħafna nies qrib tiegħi. Mal-wasla tiegħi f’Turin fhimt li ma kienx faċli naqbad titjiriet biex nara lil uliedi fi Spanja. Kien diffiċli wkoll għat-tfajla tiegħi biex issib xogħol. Ma sabitx wisq opportunitajiet,” qal Dani Alves.
Kompla li minkejja r-rispett tiegħu lejn Pep Guardiola, għażel li jmur f’Pariġi wara li kkunsidra ħafna affarijiet. “Sibt ħafna ħbieb u belt inkredibbli. Dan hu klabb b’potenzjal u ġuħ għas-suċċessi.”
Sors: Four Four Two
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com