Xi rapporti jindikaw li Dani Alves xtaq imur lura ma’ Barcelona f’Jannar li għadda. Dan hekk kif wara li ħalla lill-Blaugrana fis-sajf tal-2016, jidher li l-esperjenza tiegħu fl-Italja mhix feliċi daqskemm stennieha se tkun.

Ir-raġuni prinċipali għalfejn Dani Alves għażel li jipprova jerġa’ jingħaqad ma’ Barcelona hi li qed isibha diffiċli biex jibni armonija ma’ sħabu fil-grawnd. Apparti minn hekk il-logħob difensiv ta’ Juventus mhuwiex adattat għalih daqs il-futbol offensiv li jilagħbu l-Katalani.

Jidher ukoll li l-Brażiljan qed iħoss in-nuqqas ta’ wliedu li jgħixu fi Spanja ma’ ommu. Għaldaqstant, peress li d-difensur lemini ta’ Barcelona, Aleix Vidal, huwa preżentement imweġġa’, il-plejer ta’ Juventus ħa l-opportunità biex jipprova jirritorna fi Spanja.

Iżda minkejja li stqarr mal-klabb Katalan ix-xewqa tiegħu li jerġa’ jilbes il-flokk tagħhom, Barcelona qalulu li ż-żmien tiegħu magħhom kien għadda, speċjalment wara li kien hu stess li talab li jittrasferixxi ruħu b’xejn għal Turin.

Sors: Mundo Deportivo

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280