Udinese talbu apoloġija mill-captain tal-iskwadra tagħhom stess, Danilo Larangeira, wara li weġġa’ tlieta minn sħabu waqt sessjoni ta’ taħriġ.
Jidher li l-plejer għamel sensiela ta’ tackles ħorox, li wasslu biex Ali Adnan, Adalberto Penaranda u Francesco Lodi kellhom jingħataw il-kura.
Dan wassal għal rabja kbira bejn il-plejers tant li għal darbtejn kellu jitwaqqaf it-taħriġ, b’argument bejn Danilo u Lodi jwassal lill-kowċ Del Neri biex ikeċċi lill-captain mit-taħriġ.
Mhux eskluż li l-plejer jitneħħa minn captain tal-iskwadra.
Sors: Sky Sports






