Bil-possibbiltà li Alex Sandro jħalli lil Juventus, id-diriġenza Juventina għandha d-dmir li ssib sostitut denju. Minkejja li Juventus jista’ jkun għandhom f’moħħhom plejers tal-kalibru ta’ Benjamin Mendy ta’ Monaco, Beppe Marotta jista’ jkun li jmur għal xi plejer Taljan minflok.

Fost dawk papabbli biex ikopru s-settur xellugi tad-difiża hemm Mattia De Sciglio ta’ Milan, Matteo Darmian ta’ Manchester United u Leonardo Spinazzola li qed jilgħab ma’ Atalanta. Imma min minnhom hu l-iktar adattat?

Biex nibdew, it-tlieta huma plejers teknikament tajbin u t-tlieta li huma jistgħu jilagħbu fuq ix-xellug. Iżda meta wieħed iqis il-mentalità offensiva ta’ Sandro, huwa diffiċli li jkun sostitwit b’ De Sciglio jew inkella Darmian, għaliex dawn huma ferm iktar difensivi.

Fl-istess waqt, Spinazzola għandu iktar mentalità ‘a la Zambrotta’, fejn ifittex il-profondità u ma jibżax ikun iktar offensiv. Huwa veru li għad jonqsu fil-fażi difensiva imma tajjeb insemmu wkoll li Allegri kemm-il darba kkritika lil Alex Sandro fuq dan l-aspett.

Vantaġġ ieħor ta’ Spinazzola hu li huwa diġà proprjetà ta’ Juventus. Forsi l-mistoqsija li tqum hi kemm huwa lest għaċ-Champions League minħabba li ma tantx kien espost għal logħob internazzjonali. Sinċerament, nistennew u naraw; wara kollox għad m’hemm xejn uffiċjali dwar it-trasferiment ta’ Alex Sandro.

Sors: Juventibus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280