Il-kowċ ta’ Torino Giampiero Ventura kkritika d-deċiżjonijiet tat-terna arbitrali waqt il-logħba bejn Juventus u Torino.

Fi tmiem il-logħba, li Juventus rebħu 4-1, Ventura qal li “Juventus hi skwadra b’saħħitha u nirrispettaw dan, imma dak li ġara wara t-2-0 hu diffiċli naċċettah.”

Hu kien qed jirreferi għal tliet episodji partikolari, fejn skont hu kellhom jitkeċċew Alex Sandro u Leonardo Bonucci, kif ukoll il-gowl ta’ Maxi Lopez li tħassar.

Sors: Tuttosport