Staġun 1989-90: id-data tat-3 ta’ Settembru 1989 tibqa’ mfakkra mill-Juventini bħall-ġurnata fejn traġikament tilef ħajtu wieħed mill-ikbar stilel li qatt libes il-flokk abjad u iswed.

Gaetano Scirea miet bħal-lum sebgħa u għoxrin sena. Hekk kif Scirea kien iddeċieda li jirtira mil-loghba fl-aħħar tal-istaġun 1987-88, il-President tal-klabb, Giampiero Boniperti, kien offra lil Scirea pożizzjoni fl-istaff tekniku tal-Juventus. Scirea nħatar bħala assistent tal-kowċ Dino Zoff fil-bidu tal-istaġun 1988-89.

Ta’ min ifakkar li il-mewt ta’ Scirea kienet waslet waqt vjaġġ fil-Polonia fejn huwa kien mar biex josserva lit-tim ta’ Gornik Zabrze li kienu sejrin ikunu l-avversarji ta’ Juventus fil-kompetizzjoni tat-Tazza Uefa.

Insewgu dan il-filmat li jurina l-istorja ta’ Gaetano Scirea waqt il-karriera tiegħu, kemm ta’ plejer ta’ Juventus, kif ukoll ta’ plejer tat-tim nazzjonali Taljan.

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280