Juventus għaddejjin b’ħidma biex jiġi akkwistat plejer bejn Douglas Costa u Ángel Di María.
Il-Brażiljan għandu l-problemi mal-klabb ta’ FC Bayern München u għalhekk hu destinat li jiċċaqlaq. Teżisti relazzjoni tajba bejn Juventus u l-klabb Ġermaniż, bil-prezz tiegħu jlaħħaq it-€30 miljun.
Għall-Arġentin, hemm bżonn madwar €60 miljun, iżda t-trasferiment tiegħu jiddependi wkoll mill-akkwist probabbli ta’ Kylian Mbappé minn PSG.
Akkwisti oħra jistgħu jkunu Keita Baldé Diao għal €20 miljun biex jieħu post Juan Cuadrado, Marquinhos għal €35 miljun minflok Leonardo Bonucci u Corentin Tolisso jew Marco Verratti biex jissaħħaħ nofs il-grawnd.
Mhux eskluż lanqas li Juventus jagħmlu sforz biex ikunu akkwistati ż-żewġ plejers f’daqqa. Meta wieħed jeskludi l-flus mill-bejgħ ta’ plejers attwali, hu maħsub li l-baġit għat-trasferimenti jkun bejn €140 miljun u €150 miljun.
Sors: Gianluca Di Marzio/La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com