Sky Sport Italia kkonfermat li ż-żewġ plejers ta’ Roma Kostas Manolas u Leandro Paredes se jkunu qed jissieħbu mar-Russi ta’ Zenit St Petersburg li fit-tmexxija tagħhom hemm it-Taljan Roberto Mancini. Ir-Russi se jkunu qed jħallsu s-somma ta’ €65 miljun għaż-żewġ plejers.

It-talba ta’ Roma għad-difensur Grieg kienet ta’ €40 miljun u Zenit immedjatament aċċettaw it-talba ta’ Roma. Roberto Mancini talab lid-diriġenti biex jipprovaw jakkwistaw ukoll lil Paredes u jidher li hemm qbil għaż-żewġ plejers biex b’hekk Mancini se jkollu dawn iż-żewġ plejers disponibbli mill-ġimgħa d-dieħla.

Roma se jkunu qed idaħħlu somma tajba oħra wara li ftit tal-jiem ilu Mohamed Salah ingħaqad ma’ Liverpool għas-somma ta’ €42 miljun u €8 miljun f’bonuses.

Sors: Sky Sport Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280