Jumejn qabel il-logħba importanti kontra Inter, il-kowċ ta’ Roma Eusebio Di Francesco rċieva daqqa ta’ ħarta hekk kif tilef lill-attakkant Edin Džeko.
Il-Bożnijak mistenni jdum madwar 20 ġurnata biex jirkupra, f’aħbar li tista’ tfisser li l-attakkant aktarx jitlef ukoll il-logħba kontra Juventus, tat-22 ta’ Diċembru.
Għalissa, il-kowċ ta’ Roma mistenni jiddependi fuq Patrik Schick.
Sors: Sportmediaset
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com