Wara li l-ġimgħa l-oħra, Fabio Quagliarella laħaq lil Antonio Di Natale bħala l-plejer Taljan li skurja l-iktar f’logħbiet konsekuttivi, dak ta’ seba’ partiti, illum l-eks Juventin reġa’ għamilha.
Fabio Quagliarella skurja gowl ieħor fir-rebħa ta’ Sampdoria kontra Chievo biex issa laħaq lill-eks Juventin ieħor Bobo Vieri għal tmien logħbiet.
Sampdoria għaddejjin minn żmien tajjeb hekk kif bħalissa jinsabu fil-5 post u s-Sibt li ġej jaffaċċjaw lil Juventus.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com