Il-President ta’ Genoa Enrico Preziosi kkonferma li Genoa jinsabu qrib li jakkwistaw lil Stefano Sturaro. Dan tal-aħħar diġà lagħab mal-istess klabb bejn l-2012 u l-2014.

“Sturaro? Hemm ċans tajjeb ħafna li jirritorna lura u qed nittamaw li nagħlqu kollox fil-jiem li ġejjin.”

Attwalment Sturaro hu misluf lil Sporting, fil-Portugall, iżda ma lagħab qatt hekk kif għadu jirkupra minn operazzjoni li kienet saritlu fis-sajf li għadda.

Sors: Il Secolo XIX

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280