Il-President ta’ Inter Erick Thohir għamilha ċara li mhix l-intenzjoni tiegħu li jċedi l-maġġoranza tal-ishma li għandu fit-tmexxija tas-soċjetà.
“Mhux se nbigħu 20% tal-ishma fl-Inter, iżda qed inħarsu lejn żieda fil-kapital. Qed infittxu partners strateġiċi, bħala parti minn proċess, għax irridu noħolqu xi ħaġa importanti għal Inter,” qal Thohir.
Inter ilhom għall-aħħar snin mingħajr rebħ ta’ trofej, u riċentement anke barra mill-Ewropa, f’sitwazzjoni li ħolqot ukoll kriżi finanzjarja.
Sors: TuttoJuve





