Illum jiġi fi tmiemu l-kampjonat Ewropew, fejn f’ Pariġi, Franza jilqgħu lill-Portugall, f’logħba mistennija li ħa tkun divertenti ħafna.

Biex waslu s’hawn, Franza eliminaw lill-Ġermanja bl-iskor ta’ 2-0, gowls ta’ Antoine Griezmann. Min-naħa l-oħra, il-Portugall eliminaw lil Wales bl-iskor ta’ 2-0 ukoll, gowls ta’ Cristiano Ronaldo u Luis Nani.

Logħba fejn ħa naraw fenomeni bħal Pogba, Payet u Griezmann fuq naħa u Cristiano Ronaldo, Nani u Renato Sanches fuq in-naħa l-oħra. Min taħsbu li se jirbaħ din il-kompetizzjoni?

Franza, tim żagħżugħ għatxan għal rebħa f’turnew internazzjonali wara sittax-il sena jew Portugall, biċ-ċans li jagħmlu rebħa tipika tal-Griegi fl-2004, meta l-Greċja rebħu f’Lisbona?

dical-banner-1200×280