Li n-Naplitani xejn ma ħadu gost li l-idolu tagħhom se jingħaqad mal-ikbar rivali Juventus, hu fatt magħruf.
Issa, wara li lbieraħ qattgħu l-flokkijiet tiegħu u kkontestaw id-diriġenza waqt logħba ta’ ħbiberija, in-Naplitani mxew pass ieħor.
Kif juri r-ritratt, xi partitarji qalgħu ras Higuaín minn fuq poster li jirreklama l-wasla ta’ Napoli f’Dimaro, fejn għaddejjin bit-taħriġ.