Staġun 1999-2000. Carlo Ancelotti kien ħa t-tmun tat-tim Juventin fi Frar tal-istaġun ta’ qabel wara r-riżenja ta’ Marcello Lippi.

Fl-ewwel staġun tiegħu (komplet) fit-tmexxija tal-Bianconeri, Ancelotti kien qed ikollu staġun ferm sodisfaċenti. F’dan iż-żmien tas-sena, Juventus kienu għadhom jilagħbu fit-Tazza Uefa u kienu wkoll f’ras il-klassifika tas-Serie A.

Bħal-lum sbatax il-sena ilu, Juventus kienu niżlu Reggio Calabria biex jilagħbu kontra Reggina. Insegwu l-andament tal-logħba fil-filmat tad-Domenica Sportiva.

dical-banner-1200×280