Staġun 1987/88. L-ewwel staġun mingħajr Michel Platini ċertament kien wieħed ferm iebes.

Rino Marchesi kien konfermat bħala l-kowċ ta’ Juventus għat-tieni sena konsekuttiva, filwaqt li l-attakkant ta’ Liverpool Ian Rush, ingħaqad ma’ Michael Luadrup biex flimkien jifformaw il-koppja ta’ barranin għall-Bianconeri,

Bħalma semmejna, Juventus ħassew ferm in-nuqqas ta’ Platini. Ian Rush sabha ferm diffiċli biex jambjenta ruħu fil-futbol Taljan, allavolja spiċċa bħala l-aħjar skorer ta’ Juventus f’dak l-istaġun.

Fl-aħħar tal-istaġun, ir-riżultati ħżiena tat-tim kien wasslu li Juventus f’sitwazzjoni fejn kien hemm riskju kbir li ma jikkwalifikawx għall-kompetizzjonijiet Ewoprej.

L-istaġun kien wasal fi tmienu, u Juventus u Torino kien spiċċaw b’punti indaqs (31). Kien hemm bżonn ta’ logħba bejniethom li kellha tiddeċiedi minn se jispiċċa fis-sitt post u jikkwalifika biex jipparteċipa fit-Tazza Uefa tal-istaġun ta’ wara.

Insegwu l-filmat ta’ dan id-Derby della Mole speċjali.