Staġun 2007-08: Juventus jirritornaw għall-kampjonat tas-Serie A wara s-sena fil-purgatorju tas-Serie B.

Fl-ewwel logħbiet tal-kampjonat il-Bianconeri kienu bdew b’żewġ rebħiet kontra Livorno u Cagliari. Fit-tielet logħba Juve kienu megħluba f’ darhom kontra Udinese.

Ir-raba’ logħba tal-kampjonat kienet sfida ma’ Roma, li kienu wieħed mill-aħjar timijiet tas-Serie A. Din kienet l-ewwel sfida ma’ tim rinomat tas-Serie A, wara s-sena fis-Serie Cadetta.

L-istennija kienet kbira, speċjalment fost il-partitarji Juventini. It-tim kien inbidel ferm mit-tim li bih Juventus kienu rebħu l-kampjonat fl-istaġun 2005-06, b’Fabio Capello bħala kowċ tat-tim. Kienu tbiddlu numru kbir ta’ plejers u fit-tmun tat-tim kien hemm Claudio Ranieri li kien ingħata t-tmexxija tat-tim wara li Didier Deschamps kien iddeċieda li ma jkomplix imexxi lil Juventus wara s-sena fis-Serie B.

Insegwu l-filmat ta’ din il-logħba

Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280