Staġun 1984-85 : F’dan l-istaġun, il-Juve jaffrontaw il-kompetizzjoni tat-Tazza taċ-Champions wara li fl-istaġun ta’ qabel kienu rebħu l-kampjonat tas-Serie A għall-wieħed u għoxrin darba fl-istorja glorjuża tal-klabb.

Tajjeb li niftakru li f’dawk iż-żminijiet il-kompetizzjoni tat-Tazza taċ-Champions kienet riservata biss għat-timijiet li kienu jirbħu l-kampjonat nazzjonali tagħhom. Punt ieħor ta’ interess kien li fil-kompetizzjoni ma kinitx teżisti sistema ta’ ‘seeding’, allura kien possibbli li fl-ewwel rawnd kienu jiltaqgħu żewġ timijiet rinomati bir-riżultat li wieħed minnhom kien jinqala’ kmieni mill-kompetizzjoni.

Fl-ewwel rawnd tat-Tazza, il-Bianconeri kienu affrontaw lill-Finlandiżi ta’ Ilves Tampere fejn il-Juve kienu rebħu ż-żewġ logħbiet bl-iskor ta’ 4-0 (ġewwa l-Finlandja) u 2-1 (ġewwa Turin).

Fir-rawnd li kien imiss, il-polza kienet tellgħet lill-Juve mat-tim Żvizzeru ta’ Grasshoppers Zurich. Il-logħba ġewwa Turin kienet intemmet b’rebħa għal Juventus bl-iskor ta’ 2-0 grazzi għall-gowls ta’ Vignola u Paolo Rossi.

Insegwu filmat tal-logħba tar-ritorn li ntlagħbet bħal-lum, tnejn u tletin sena ilu.

Filmat : Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280