Wara l-partita bejn Torino u Juventus, inqala’ argument żgħir bejn il-kowċ ta’ Torino Siniša Mihajlović u l-opinjonista ta’ Sky Sport Italia u l-eks plejer ta’ Juventus, Gianluca Vialli.
Il-maġġoranza tal-opinjonisti ta’ Sky Sport Italia u Mediaset Premium qablu li d-deċiżjoni fuq it-tieni karta safra t’Afriyie Acquah kienet ħarxa u ineżistenti iżda Vialli kellu opinjoni differenti u sostna hekk: “Ftit snin ilu speċjalment fl-Ingilterra, azzjoni bħal dik qas kien jissaffar foul iżda milli jidher ir-regoli nbidlu u issa tista’ tagħmel daħliet bhal dawk mingħajr ma jkollok kontroll fuq ġismek, għalhekk fl-opinjoni tiegħi l-karta safra kienet bla dubju ġusta.”
Dan il-kumment ma niżilx tajjeb ma’ Mihajlović u waqt l-intervista li saritlu wara l-partita, wieġeb direttament lil Vialli.
“Vialli qed jgħid li kien foul, u jien ngħidlu li dak li qal huwa dagħwa kbira. L-azzjoni dehret ċara li Acquah rebaħ il-ballun iżda jien ma jinteressanix x’taħseb inti. Int tinsab fuq it-televiżjoni u suppost tkun newtrali. Int l-unika persuna li qed tiddefendi lir-referee u b’hekk nista’ nikkonferma li għandek bżonn nuċċali!”
Kien hawn li immedjatament inqata’ l-kollegament. Aktarx li l-ħati kien wieħed mit-tekniċi tal-istazzjon.
Sors: Sky Sport Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com[/fusion_text]