Il-President ta’ SSC Napoli Aurelio De Laurentiis attakka partitarju u saħansitra qabdu minn għonqu kif jidher f’filmat li ħareġ pubbliku fl-aħħar sigħat.

Jirriżulta li dan seħħ waqt li De Laurentiis u rappreżentanti tal-kunsill tal-lokal kien qed iżuru l-grawnd. Għal ħin twil il-partitarju deher isegwi lil De Laurentiis u jiffilmjah bil-mobile tiegħu.

F’ħin minnhom De Laurentiis qabżitlu, dar lejn il-partitarju u qabdu minn għonqu. Kien hawn li numru ta’ persuni ppruvaw jifirduhom.