Xeni mhux tas-soltu fi Franza hekk kif il-logħba bejn PSG u Nantes twaqqfet fl-10 (in-numru tal-flokk tiegħu) minuta tagħha biex Zlatan Ibrahimović seta’ jingħata standing ovation u applaws mill-partitarji tiegħu.
Dan hekk kif issa hu kkonfermat li l-avventura ta’ Ibrahimović ġiet fi tmiemha, bil-plejer aktarx jingħaqad ma’ klabb fl-Istati Uniti. Kontra Nantes, f’logħba li PSG rebħu bi skor ta’ 4-0, Ibrahimović skurja doppjetta biex b’hekk sar l-iktar plejer li qatt skurja fi staġun ma’ PSG, bi 38 gowl.
Iżda minbarra din id-deċiżjoni kontroversjali tar-referì, qamet kritika kbira wkoll għall-fatt li fil-ħin miżjud, ulied Ibrahimović ħarġu fil-grawnd u l-plejer ħareġ ‘il barra waqt li l-logħba kienet għadha għaddejja. PSG b’hekk temmew il-logħba b’10 plejers.





