L-Interisti, imbuttati mill-kummenti tal-kowċ Stefano Pioli, qed jilmentaw li kien ħaqqhom żewġ penalties. Imma l-attakkant tagħhom stess, Mauro Icardi igiddeb it-talbiet tagħhom stess.

Dan hekk kif il-filmat juri li meta Mario Mandžukić għamel sliding tackle fuq Mauro Icardi, hu laqat biss il-ballun. Tant hu hekk li l-istess Icardi talab korner, u mhux penalty.

Anke l-ġurnali ewlenin u li s-soltu huma assoċjati mal-iskwadri ta’ Milan, fosthom La Gazzetta dello Sport, jgħidu li Mandžukić mess biss il-ballun u dejjem żamm saqajh baxxa, fi prova ċara li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jwaqqa’ lill-attakkant Arġentin.

dical-banner-1200×280