Staġun 2006-07 : il-ġuri sportiv ta’ Calciopoli ntemm u Juventus ġew relegati Serie B fejn kellhom ukoll jibdew il-kampjonat b’numru ta’ punti mnaqqsa.

L-iskwadra Bianconera inbidlet ferm minn dik li kienet rebħet żewġ kampjonati wara xulxin fis-sentejn ta’ qabel. Didier Deschamps ħa post Fabio Capello fit-tmun tat-tim Juventin, tim li m’għadux jinkludi plejers bħal Cannavaro, Ibrahimović, Vieira, Zambrotta, Thuram, Emerson u Mutu.

Fit-tim fadal numru ta’ stilel li ddeċidew li jibqgħu jgħinu lill-klabb f’dan il-mument ferm diffiċli. Fost dawn hemm Buffon, Del Piero, Trezeguet, Camoranesi, Nedved u Chiellini.

It-tim Juventin jaffronta din l-avventura mhux mistennija b’logħba kontra Rimini. Il-logħba ssir fl-Istadio Romeo Neri, stadium li kien jesa inqas minn għaxart elef spettatur, ċertament ambjent ferm differenti minn dak li kienu mdorrijin jilagħbu fih il-plejers Juventini.

Insegwu filmat tal-logħba kontra Rimini, logħba li mill-ewwel tat idea ċara li dan il-kampjonat tas-Serie B kien sejjer joffri diffikultajiet lit-tim Juventin.

Filmat : Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280