Staġun 1994-95: Fl-ewwel sena taħt it-tmexxija ta’ Marcello Lippi, Juventus diġà rebħu l-kampjonat.

Fil-kompetizzjoni tal-Coppa Italia, il-Bianconeri jirnexxilhom jaslu sal-finali fejn l-avversarju jkun Parma, tim li diġà kien sfidant ewlieni fit-taqtigħa għall-kampjonat.

Fl-ewwel logħba tal-finali, li kienet intlagħbet ġewwa Turin, Juventus kienu rebħu bl-iskor ta’ 1-0, grazzi għall-gowl ta’ Sergio Porrini.

Insegwu dak li ġara fil-logħba tar-ritorn tal-finali, ġewwa l-Istadio Tardini ta’ Parma.