Filmat ġdid ippubblikat fl-aħħar sigħat juri lill-President ta’ AC Milan Silvio Berlusconi jagħti ċamata lill-plejers tiegħu.

Fil-filmat jinstema’ jgħid li l-plejers ma jistgħux jibqgħu jagħtu prestazzjonijiet bħal dawk riċenti, u saħansitra qalilhom li l-isponsors qed jheddu li ma jagħtux iżjed flus lill-klabb.

Kompla li jekk dan iseħħ, hu ma jagħtix flus lill-plejers u jekk iridu jiftħu kawża ċivili, li ddum għaddejja snin.